Numru ta' attivitajiet fil-Kullegg
ta' Ghawdex ghall-gheluq ta' sena skolastika ohra
Fi tmiem il-gimgha li ghaddiet saru numru
ta' attivitajiet
fi
hdan il-Kullegg ta' Ghawdex ghall-gheluq ta' sena
skolastika ohra. Il-Ministru ghal Ghawdex Giovanna
Debono attendiet ghal tnejn minn dawn l-attivitajiet.
L-ewwel wahda hi wirja kbira konnessa mal-hidma
u l-progress li sar permezz tat-taghlim fic-Centru
ta' l-Arti u l-Artiggjanat Wistin Camilleri. Din
il-wirja ttellghet fil-bini tal-Ministeru ghal Ghawdex.
Il-Ministru Giovanna Debono fahhret
il-hidma li ssir f'din l-iskola u l-qabza ta' kwalita
f'dawn l-ahhar snin. Fost l-oggetti li kienu ezibiti
hemm pittura, bizzilla, skultura fl-injam u l-gebel,
xoghol artistiku bil-hadid u l-gebel u filugranu.
Il-Ministru Debono qalet li fi gzira bhal Ghawdex
dawn is-snajja' kapaci joholqu l-impjiegi, u l-kwalita'
gholja tax-xoghol li qed jigi ezibit juri li l-iskop
ta' dan it-tahrig qed jintlahaq dejjem aktar.
Okkazjoni ohra kienet imtella' mic-Centru
tad-Drama f'Ghawdex, fejn numru ta' studenti li
jattendu ghal-lezzjonijiet taz-zfin u d-drama taw
ezibizzjoni u wrew il-progress li sar tul is-snin
fit-taghlim u l-prattika tal-ballet, ballroom u
tipi ohra ta' zfin.